Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, kemm dik miżmuma elettronikament, kif ukoll dik miżmuma manwalment. L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jinkludi l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali Strateġija u Sapport, id-Direttorat għall-Iżvilupp tal-Politika u l-Implimentazzjoni tal-Programmi, l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Informazzjoni, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, id-Dipartiment tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet, id-Dipartiment tal-Migrazzjoni u l-Bordijiet u t-Tribunali tal-Ministeru1. L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti huwa mħejji biex ikun konformi bi sħiħ mal-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stipulat f’tali leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data.

L-għanijiet għall-ġbir tad-data

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti jiġbor u jipproċessa informazzjoni sabiex ikun jista’ jonora l-obbligi tiegħu skont il-leġislazzjoni preżenti. Id-data kollha tinġabar u tiġi pproċessata skont kif stabbilit fil-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 164), l-Att dwar l-Immigrazzjoni (Kap 217), l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi (Kap 516), l-Att dwar il-Ħabs (Kap 260), l-Att dwar ir-Rifuġjati (Kap 420), l-Att dwar l-Armi (Kap 480), l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika flimkien mal-Leġislazzjoni Sussidjarja tagħhom sabiex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu li jamministra materji marbuta mas-sigurtà, l-intern u x-Xogħol u jikkoordina kif meħtieġ bejn id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu.

Riċevituri tad-data

Informazzjoni personali tista’ tiġi aċċessata mill-uffiċjali li huma assenjati li jwettqu l-funzjonijiet tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. Id-data personali tista’ tingħata anki lill-partijiet terzi meta dan huwa permess bil-liġi.

Id-Drittijiet tiegħek

Inti għandek dritt tkun taf, bla ħlas, x’tip ta’ informazzjoni l- Uffiċju tas-Segretarju Permanenti qed iżomm u jipproċessa dwarek, u r-raġuni għala din qed tinżamm, min għandu aċċess għaliha, kif qed tinżamm u kif qed tiġi aġġornata, għal kemm żmien qed tinżamm, u x’qed jagħmel dan l-uffiċċju biex ikun konformi mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Ir-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxu proċedura formali li għandha tintuża f’każ li jsiru talbiet għal aċċess ta’ informazzjoni mis-suġġetti tad-data. Kull suġġett tad-data għandu d-dritt li jaċċessa kull informazzjoni personali dwaru li tinżamm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, kemm dik miżmuma elettronikament kif ukoll manwalment. It-talbiet għal aċċess għal informazzjoni għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol. Mat-talba għandhom jiġu sottomessi d-dettalji ta’ identifikazzjoni, inkluż in-numru tal-karta tal-identità, l-isem u l-kunjom. F’każ ta’ diffikultà dwar l-identifikazzjoni tiegħek, tista’ tintalab tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni.

L- Uffiċju tas-Segretarju Permanenti jimmira li jipproċessa t-talbiet għal aċċess għall-informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u jiżgura li din tingħata fi żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar minn meta tasallu t-talba, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għal aktar dewmien. Meta t-talba għall-aċċess ma tkunx tista’ tiġi pproċessata fi żmien raġonevoli, tingħata raġuni bil-miktub lis-suġġetti tad-data. Is-suġġetti tad-data jiġu infurmati f’każ li jkun hemm xi ksur tad-data personali tagħhom.

Is-suġġetti kollha tad-data għandhom id-dritt li jitolbu li l-informazzjoni dwarhom ma tintużax jew tiġi emendata f’każ li ma tkunx korretta. Is-suġġetti tad-data jistgħu jitolbu wkoll li d-data tagħhom tiġi mħassra.

Dawn id-drittijiet jistgħu jiġu limitati, jekk japplika, skont il-Leġislazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.

F’każ li ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba li tingħata għat-talba għal aċċess, tista’ tirreferi l-ilment tiegħek lill-Kummissjoni għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, li d-dettalji tiegħu jdhru iktar ‘l isfel.

Tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data fuq dp.mhse@gov.mt jew bit-telefon fuq 2568 9314.

Il-Kontrollur tad-Data

Tista’ tikkuntattja lis-Segretarju Permanenti fuq:

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol
35 Old Bakery Street

Telefon: 2568 9255
Imejl: permsec.mhse@gov.mt

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Tista’ tikkuntattja lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fuq:

Level 2, Airways House,
High Street,
Sliema SLM 1549

Telefon: 2328 7100
Imejl: idpc.info@idpc.org.mt

__________

1 1 Il-Bordijiet u t-Tribunali tal-Ministeru jinkludu l-Kumitat Akkademiku tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, il-Kumitat għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni, il-Kumitat tal-Isplussivi, il-Kumitat għall-Medjazzjoni tat-Trasgressuri tal-Vittmi, il-Kunsill tal-Protezzjoni Ċivili, il-Bord tal-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, il-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Bord ta’ Monitoraġġ tas-Saħħa u s-Sigurtà għaż-Żamma tal-Ordni fil-Postijiet tad-Divertiment, il-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni, il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti tal-Pulizija, il-Bord tal-Forzi Dixxiplinati għal min iweġġa’, il-Bord ta’ Monitoraġġ għall-Persuni Detenuti, il-Bord ta’ Assessjar tat-Trasgressuri, il-Bord tal-Parole, il-Bord tat-Tmexxija tar-Rijabilitazzjoni mill-Vizzju fil-Ħabs, il-Bord li Jagħti Pariri dwar il-leave fil-Ħabs, il-Bord tal-Liċenzji tas-Sigurtà Marittima Privata, il-Bord tal-Appell tar-Rifuġjati, il-Bord tar-Remissjoni, il-Grupp ta’ Monitoraġġ tat-Traffikar tan-Nies, il-Bord ta’ Trattament tat-Trasgressuri tas-Sess, il-Bord li jagħti Pariri dwar l-Armi, it-Tribunal tal-Appell tal-Liċenzji tal-Pulizija u t-Tribunal tal-Appell tal-Ħabs.a

FacebookTwitter