MINISTERU GĦALL-INTERN U
S-SIGURTÀ​ ​

Id-dmir ewlieni tal-gvern huwa li jipprovdi liċ-ċittadini u lill-pajjiż b’ambjent bla periklu u sigur. Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà għandu rwol fundamentali fis-sigurtà u l-benessri tal-gżejjer Maltin.

Il-ministeru, jagħti direzzjoni politika u jniedi inizjattivi fl-oqsma tas-sigurtà, id-difiża, l-immigrazzjoni u l-infurzar tal-liġi.