Submitting a Request / Complaint

Persuni Eliġibbli:

Biex tkun eliġibbli tissottometti talba tal-FOI, persuna trid tkun residenti f’Malta u li ilha hekk residenti f’Malta għal perjodu ta’ mhux anqas minn ħames snin. Trid tkun ukoll ċittadina Maltija jew ta’ stat ieħor membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadina ta’ kull stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ trattat bejn dak l-istat u l-Unjoni Ewropea, li f’Malta jiġu trattati bl-istess mod bħal ċittadini ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet tal-FOI u ilmenti għandhom jiġu sottomessi bil-miktub, u jistgħu jintbagħtu bl-imejl lil foi.mhsr@gov.mt jew billi jintuża l-portal tal-FOI www.foi.gov.mt kemm bl-e-ID jew permezz tal-formola onlajn.

Informazzjoni li għandha tingħata

Meta jissottomettu talba tal-FOI, applikanti huma meħtieġa, apparti li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt, jagħtu indikazzjoni ta’ x’dokument / informazzjoni jeħtieġu. Għandhom jindikaw ukoll b’liema format jixtiequ li jirċievu d-dokument / informazzjoni, jiġifieri jekk hux kopja pprintjata, kopja elettronika, sommarju / silta tal-kontenut jew billi l-applikant jagħmel spezzjoni tad-dokument / informazzjoni in kwistjoni. Kopji tal-Karta tal-Identità jew tal-passaport u/jew dokumentazzjoni oħra, jistgħu jiġu mitluba mill-Awtorità Pubblika skont il-bżonn, f’każijiet ta’ talbiet relatati speċifikament ma’ individwi, assi/interessi/dritt tal-aċċess tal-individwi.

Tipi ta’ Talbiet

Wieħed jista’ jitlob għal artiklu miżmum minn Awtorità Pubblika u li fuqu kienet irreġistrata informazzjoni fi kwalunkwe forma, inklużi data elettronika, immaġni, mudelli skont skala u rappreżentazzjonijiet viżwali oħrajn, u reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjow, irrispettivament jekk l-informazzjoni tistax tinqara, tidher, tinstama’ jew tinġieb lura bl-għajnuna ta’ xi oġġett jew apparat ieħor jew mingħajr din l-għajnuna. Wieħed jista’ jitlob anke għal dokumentazzjoni li fiha politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida skont id-deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet meħuda skont il-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom). Barra minn hekk, persuni eliġibbli għadhom id-dritt li jitolbu informazzjoni (bil-miktub) fuq deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda fir-rigward tagħhom jew fir-rigward tal-korpi korporattivi li jkunu qed jirrappreżentaw.

Riċevuti

Talbiet tal-FOI se tintbagħtilhom riċevuta mingħand l-Awtoritajiet Pubbliċi. L-irċevuta se tinkludi numru ta’ referenza uniku u indikazzjoni tad-data meta se tingħata tweġiba. L-irċevuti se jinkludu wkoll informazzjoni speċifika relatata mal-Awtorità Pubblika, bħal indirizz, numru tat-telefon, indirizzi elettroniċi, ħinijiet tal-ftuħ u dettalji tal-proċedura interna tal-ilmenti.

Kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Pubblika

Meta l-Awtorità Pubblika tirċievi l-formola tal-applikazzjoni, hija tivverifika jekk it-talba tikkwalifikax bħala talba tal-FOI u tinforma lill-applikant f’każ li ma tikkwalifikax. Jekk jirriżulta li aktar informazzjoni / dokumentazzjoni huma meħtieġa, l-Awtorità Pubblika li lilhom tkun saret it-talba se jikkuntattjaw lill-applikant u se jagħtu kull assistenza meħtieġa biex it-talba tikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-Att. Minkejja dan, meta tintbagħat talba tal-FOI, l-applikanti mhumiex meħtieġa jagħtu ġustifikazzjonijiet għaliex għamlu talba għal dokumentazzjoni / informazzjoni partikolari.

L-Awtorità Pubblika se tivverifika jekk id-dokument / informazzjoni mitluba humiex miżmuma għandha. Jekk mhumiex għandha, l-Awtorià Pubblika se tipprova tidentifika l-entità kkonċernata li suppost irċeviet it-talba u se tittrasferixxiha lilha (waqt li tinforma lill-applikant). Jekk l-ebda entità alternattiva ma tiġi identifikata (jiġifieri li d-dokument / informazzjoni mhuma għand l-ebda Awtorità Pubblika) l-applikant se jiġi infurmat.

Ipproċessar tat-talba

Meta jiġi stabbilit li t-talba hija talba tal-FOI u din tkun tista’ tiġi indirizzata mill-Awtorità Pubblika; tittieħed id-deċiżjoni jekk id-dokument / informazzjoni jistgħux jingħataw lill-applikant (kollha jew parti minnhom) jew inkella tistax tiġi rrifjutata. Qabel ma tittieħed din id-deċiżjoni, l-Awtorità Pubblika se tikkunsidra jekk waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fil-Att tal-FOI tapplikax. L-Awtorità Pubblika se tissottometti notifikazzjoni jekk it-talba ġietx milqugħa jew le, fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta waslet għand l-Awtorità Pubblika. 20 ġurnata tax-xogħol oħra jistgħu jingħataw bħala estensjoni, li jġibu t-total ta’ massimu ta’ 40 ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ meta waslet it-talba oriġinali għand l-Awtorità Pubblika.

Ħlasijiet

When submitting a response to the Applicant, the Public Authority shall indicate whether any fees apply. If applicable, such fees shall cover only the costs related to making a document available to the applicant, namely man-hours of processing, costs of photocopies/faxes and digital media and costs related to inspections. Notwithstanding the above, the total applicable fee shall not exceed €40. M’għandhomx jintalbu ħlasijiet addizzjonali biex wieħed jissottometti applikazzjoni jew ilment.

L-ammonti ta’ ħlas mitluba huma rregolati bl- L.N. 158 of 2010.

Azzjoni ta’ Rimedju

Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-risposta li jingħata mingħand l-Awtorità Pubblika rigward it-talba tiegħu, jista’ jissottometti lment lill-istess Awtorità Pubblika. Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bit-tweġiba li jirċievi, jista’ jilmenta mal-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC). Jekk l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bid-deċiżjoni tal-Kummissarju jista’ jappella għand it-Tribunal tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u, sussegwentement lill-Qorti tal-Appell. Ilmenti jistgħu jiġu sottomessi għal dawn ir-raġunijiet:

  • L-Awtorità Pubblika estendiet bi żmien ta’ massimu ta’ 20 ġurnata tax-xogħol
  • L-Awtorità Pubblika imponiet ħlas li ġie kkunsidrat eċċessiv
  • Il-format tad-dokument huwa differenti minn dak li ntalab fit-talba oriġinali
  • It-talba qed tiġi rrifjutata (e.ż. talba mhix meqjusa bħala talba tal-FOI)
  • L-Awtorità Pubblika mhix tirrispetta d-data sa meta għandha tingħata tweġiba, jiġifieri fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol (jew, jekk applikabbli, id-data indikata fuq in-notifikazzjoni ta’ estensjoni).

Applikanti jistgħu jissottomettu ilment permezz tal-website tal-IDPC billi jidħlu hawn

Tirċievi dokumentazzjoni / informazzjoni

Kull meta Awtorità Pubblika tikkomunika deċiżjoni lill-applikant li aċċess tad-dokument / informazzjoni se jingħata, l-applikant (jekk applikabbli) se jkun ukoll mitlub biex iħallas. Fi żmien 10 ġranet tax-xogħol wara li jsir il-ħlas, l-Awtorità Pubblika se tipprovdi d-dokument / informazzjoni fl-istess format li l-applikant oriġinarjment talbu jew, jekk dan mhux possibbli, fil-format li l-Awtorità Pubblika tqis li hu xieraq. Applikanti li jissottomettu talbiet permezz tal-portal tal-FOI (www.foi.gov.mt) jistgħu jingħataw il-possibbiltà li jniżżlu d-dokument / informazzjoni direttament minn fuq is-sit.

Jekk l-ebda ħlas mhu se jintalab, id-dokument / informazzjoni se jiġu mogħtija fi żmien 10 ġranet tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni. It-talba se tkun ikkunsidrata abbandunata mingħand l-applikant jekk il-ħlas dovut ma jitħallasx fi żmien 20 ġurnata tax-xogħol minn meta toħroġ in-notifikazzjoni.

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol (MHSE).

Awtoritajiet Pubbliċi taħt il-Ministeru:

Segretarjat Permanenti u Amministrazzjoni

Segretarju Permanenti
Agency for the Welfare Of Asylum Seekers
Aviation Security
Civil Protection Department
L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
Detention Services Agency
Malta Critical Infrastructure Protection Unit
Probation and Parole Department
International Protection Agency
Victim Support Agency
Forzi Armati ta’ Malta
Korp tal-Pulizija
Local Enforcement System Agency
Community Malta Agency
Residency Malta Agency
Office of the Regulator, Granting of Citizenship for Exceptional Services
Identità
Jobsplus

Informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 17 tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tista’ taraha billi taċċessa l-links ta’ hawn fuq jew billi tikkuntattja lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Libertà tal-Informazzjoni, Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol (MHSE):

35 Old Bakery Street,
Valletta – VLT 1454, Tel: (+356) 25689255.

FacebookTwitter