Malta Electronic Certification Services Limited (MECS Limited) sservi bħala Fornitur ta’ Servizzi Fiduċjarji Kwalifikat f’isem il-Gvern ta’ Malta in linea ma’ Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettonika u servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE. Hija topera kemm is-servizzi tal-identifikazzjoni elettroniċi kif ukoll tal-firem elettroniċi. MECS Limited hija responsabbli għall-ħruġ u l-immaniġġjar taċ-ċertifikati inklużi l-Awtentikazzjoni u iċ-Ċertifikati tal-Firem elettroniċi fuq l-karti tal-identifikazzjoni maħruġa minn l-Aġenzija Identità Malta.

In linea mar-Regolament eIDAS, ċertifikati kwalifikati għandhom definizzjoni legali partikolari u jistgħu joħolqu firem kwalifikati elettroniċi (QES) jekk il-firem ikunu ukoll ibbażati fuq apparat kwalifikat għall-ħolqien tal-firem elettroniċi (QSCD). L-istess bħal firma miktuba bl-idejn, QES hija użata sabiex tipprovdi proċeduri ta’ awtentikazzjoni li jipprovdu l-ogħla livell ta’ assigurazzjoni għaliex hemm l-użu ta’ ċertfikati kwalifikati.

FacebookTwitter