Id-Direttorat tad-Difiża twaqqaf biex jikkonsolida u jiżviluppa l-funzjoni tad-difiża tal-OPM, li ilha teżisti kważi b’mod kontinwu mill-1964. Id-Direttorat issa jifforma parti mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza.

Ir-responsabbiltajiet ewlenin

Ir-responsabiltajiet ewlenin tad-Direttorat huma:

  • li jipprovdi pariri tekniċi u analiżi f’waqtha dwar l-aspetti kollha ta’ kwistjonijiet militari li jaffettwaw il-politika tad-difiża tal-Gvern;
  • jissorvelja u janalizza l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kabinett u l-politika tal-Gvern dwar kwistjonijiet tad-difiża u jirrapporta jekk intlaħqux il-miri u l-ambizzjonijiet tal-gvern f’dan ir-rigward;
  • li jiżviluppa inizjattivi u kunċetti ta’ politika ġodda dwar il-kwistjonijiet kollha tal-FAM bil-ħsieb li titjieb l-effettività operazzjonali, loġistika u amministrattiva tal-FAM;
  • flimkien mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jimmaniġġja r-relazzjonijiet bilaterali kif ukoll dawk multilaterali fil-qasam tad-difiża ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.
FacebookTwitter