Scroll to top

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza japprezza d-diversità u jagħraf li kull forma ta’ diskriminazzjoni hija ta’ detriment għas-soċjetà Maltija. Għaldaqstant, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha fi ħdan il-Ministeru huma impenjati għall-apprezzament tad-diversità u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-esklużjoni li tirriżulta minn prattiċi diskriminatorji.

Il-Ministeru huwa impenjat fil-ġlieda kontra r-razziżmu u forom oħra ta’ diskriminazzjoni f’konformità mad-dmirijiet tiegħu tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li d-dipartimenti u l-aġenziji l-oħra kollha li jiffurmaw parti mill-Ministeru għandhom l-għan li jipprovdu servizzi u assistenza lill-klijenti kollha b’mod ġust u ekwu, skont il-leġislazzjoni rilevanti.

Il-Ministeru jeħtieġ sforz biex l-entitajiet, id-dipartimenti, kif ukoll l-impjegati tiegħu:

1 – jippromwovu klima ta’ inklussività u rispett reċiproku;

2 – iqisu l-vulnerabbiltajiet u l-ħtiġijiet kulturali tal-klijenti; u,

3 – jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni sistemika li tista’ teskludi individwi mill-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u opportunitajiet għal tmexxija u avvanz professjonali minħabba razza, reliġjon, kultura, orjentazzjoni sesswali jew karatteristiċi oħra.

Klima ta’ inklussività mhux biss tiġi promossa b’miżuri diretti kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, iżda wkoll permezz tal-faċilitazzjoni ta’ miżuri orjentati lejn l-integrazzjoni, inkluż permezz ta’ riferiment għal entitajiet li jipprovdu servizzi speċjalizzati. Miżuri pożittivi bħal dawn jittieħdu, b’mod partikolari, minn entitajiet li jassumu responsabbiltà fit-tul lejn l-immigranti bil-ħsieb li jagħtu s-setgħa lill-individwi kkonċernati.

Il-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni teħtieġ ukoll li l-entitajiet ikkonċernati jqisu l-vulnerabbiltajiet u l-ħtiġijiet kulturali tal-klijenti. Fil-kuntest tal-proċedura tad-determinazzjoni tal-ażil dan huwa prerekwiżit għal smigħ ġust u determinazzjoni tal-każijiet. Approċċ bħal dan huwa meħtieġ ukoll fl-isfera ta’ akkoljenza tal-immigrazzjoni, peress li s-servizzi pprovduti għandhom ikunu adattati għall-ħtiġijiet tal-individwu.

Għaldaqstant, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza jindirizza r-razziżmu u d-diskriminazzjoni mhux biss permezz ta’ infurzar, iżda wkoll permezz ta’ miżuri pożittivi biex jagħtu s-setgħa lill-individwi kkonċernati. Aħna nqisu li dan huwa essenzjali għall-qerda tar-razziżmu u d-diskriminazzjoni fis-soċjetà tagħna.

Filwaqt li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu huma impenjati għad-diversità u n-nondiskriminazzjoni, l-uffiċjali tagħhom huma mitluba jħarsu u jirrispettaw il-prinċipji tad-dmir u r-responsabbiltà lejn il-klijenti tagħhom. Fuq il-post tax-xogħol, dawn il-prinċipji għandhom jieħdu preċedenza fuq it-twemmin personali, partikolarment fejn jidħlu kwistjonijiet li jinvolvu s-sigurtà u l-benessri.

sigurta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.