Emanuel Psaila twieled fl-1968 f’Marsaxlokk iżda trabba ż-Żejtun.

Huwa ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1986 u wara sentejn apprendistat beda jaħdem fit-taqsima tar-restawr tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta.

Fl-1999 daħal bħala rekluta fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, bħala parti mill-ewwel reklutaġġ ta’ dan id-dipartiment li kien għadu kemm twaqqaf. Għal 16-il sena ħadem fil-qasam tal-assistenza u s-salvataġġ, sakemm beda jagħmel parti mill-amministrazzjoni tad-dipartiment – l-ewwel bħala Manager għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u mbagħad bħala Deputat Direttur. F’April 2017 sar il-ħames Direttur tal-Protezzjoni Ċivili u tliet snin wara nħatar Direttur Ġenerali tal-istess dipartiment.

Matul il-karriera tiegħu serva wkoll f’diversi kumitati u bordijiet, fosthom bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili għal 14-il sena, membru fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Emanuel Psaila huwa ggradwat b’Baċellerat tal-Arti fil-Malti u Masters fil-Letteratura Maltija. Rebaħ diversi unuri letterarji u l-kitbiet tiegħu ġew ippubblikati f’rivisti u antoloġiji.

Fl-2021 ġie dikjarat bħala Kap tas-Sena fil-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena.

Huwa miżżewweġ u missier ta’ tifla.​

sigurtà
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.