Scroll to top






Sejħa għal Servizzi ta’ Għajnuna Legali

Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xoghol qiegħed ifittex is-servizzi legali ta’ avukati għal każijiet ta’ appell ippreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi quddiem it-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali u l-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Immigrazzjoni.

Kull avukat magħżul ikun meħtieġ iwettaq l-kompiti li ġejjin:

  • Jiltaqa’ ma’ l-appellanti bi tħejjija għas-sottomissjoni tal-każ;
  • Jippreżenta sottomissjonijiet tal-każ lit-Tribunal tal-Appelli għall-Protezzjoni Internazzjonali u lill-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni sad-data stabbilita mill-Bord;
  • Jattendi s-seduti tal-Bord;
  • Isegwi l-appell skont il-bżonn.

L-avukati magħżula jitħallsu bir-rati kif indikati fit-termini ta’ referenza.

Biex tesprimi l-interess tiegħek jekk jogħġbok ibgħat is-CV u l-kopja tal-warrant tiegħek fuq [email protected] sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Mejju 2026 f’nofsinhar.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok, itlob it-termini ta’ referenza billi tibgħat email fuq [email protected] jew inkella tkun tista’ tniżżel id-dokumentazzjoni minn fuq sigurta.gov.mt/legalaid

Dan il-proġett huwa kkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

 

sigurta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.