112mt logo

l-mobile app 112mt toffri mezz effiċjenti li bih iċ-ċittadin ikollu interazzjoni kif ukoll s-sens ta’ inklussività fil-komunità filwaqt li jkunu eqreb lejn l-operazzjonijiet tad-Dipartimenti konċernati. Il-mobile app 112mt tagħti l-faċilita’ liċ-ċittadin li jitlob assistenza kif wkoll mezz biex jikkontribwixxi lejn is-soċjeta. Dan il-għan jintlaħaq bil-karatterisitiċi li ġejjin:

  • Sejħa diretta jew SMS (incluż assistenza mhux verbali) lis-servizz ta’ emerġenza 112 (imfassla bħala buttuna ta’ paniku)
  • Servizz ta’ lokalizzazzjoni ladarba jiġi stabbilit kuntatt mas-servizzi tal-emerġenza
  • Rapporti bbażati fuq il-kategoriji li ġejjin:
    • Rapport ta’ Kriminalità bil-possibilita’ ta’ uploads ta’ ritratti
    • Informazzjoni
    • Notifikazzjoni ta’ Oġġetti mitlufa
  • Dettalji u kuntatti ta’ lokazzjoni tas-siti tal-Pulizija, stazzjonijiet tat-tifi tan-Nar, Armata u Ċentri tas-Saħħa
  • Aħbarijiet ibbażati fuq il-karatteristiċi li ġejjin:
    • Persuni mfittxa mill-Pulizija jew irrapportati nieqsa
    • Avvizi

Hawn taħt tista ssib funzjonalità ewlenija pprovduta mill-applikazzjoni. L-applikazzjoni tista’ titniżżel fuq il-mobile tiegħek billi taċċessa l-Google Play Store jew Apple App Store.