L-Onor. Rebecca Buttigieg bħalissa sservi bħala Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u Riformi. Hija għandha B.A. fir-Relazzjonijiet Internazzjonali mill-Università ta’ Malta u kompliet l-istudji tagħha fl-Università ta’ Edinburgh fejn ggradwat b’MSc fil-Kriminalità Globali, Ġustizzja, u Sigurtà.

L-Onor. Buttigieg bdiet il-karriera tagħha taħdem fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran fejn aktar tard kisbet esperjenza barra minn Malta bħala Policy Officer fir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea waqt il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-2017 bdiet taħdem bħala Kelliema għall-Ministeru għall-Ekonomija u dan l-aħħar għall-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali, u Infurzar tal-Liġi.

Hija kkontestat l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2022 u sussegwentement ġiet eletta fil-Parlament.

L-Onor. Buttigieg hija miżżewġa lil Andrea.

Skip to content