Dr. Byron Camilleri ilu involut fil-politika sa mill-2010. Huwa kien l-iżgħar Sindku tal-Fgura u wara s-suċċess li kiseb fit-tmexxija ta’ din il-lokalità, ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 fejn sussegwentament reġa’ ġie elett.

Għal tliet snin huwa serva bħala Whip tal-Gvern u kif ukoll fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fejn kien jirrapreżenta lill-Grupp Parlamentari.

Fl-2020, hu nħatar bħala Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Dr. Camilleri reġa’ ġie elett fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022 mir-raba’ distrett elettorali, wara din l-elezzjoni l-Prim Ministru Robert Abela reġa’ ħatru bħala Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali iżda b’iżjed responsabbiltajiet. Fost dawn ir-responsabbiltajiet hemm ix-xogħol.

Il-Ministru Camilleri hu Avukat u beda jipprattika din il-professjoni fl-2013.